CONTACT |   STAMPA |  UŻU PROFESSJONALI |  AĦBARIJIET
PHONES | GPRS | STQARRIJA DWAR IL-PRIVATEZZA |  TERMINI U KUNDIZZJONIJIET | TERMS OF DELIVERY | ABOUT US
© 2010 Nav4All B.V. All rights reserved. | www.nav4all.com

 STAMPA
Stqarrija għall-istampa

Prodott ġdid jisfida sistemi stabbiliti tan-navigazzjoni.
Għalissa, kompletament bla ħlas...

Is-suq għat-tekniċi tan-navigazzjoni qiegħed jinbidel kontinwament. Fil-bidu, is-sistemi on-board jiswew ħafna flus kienu saru l-mudell li trid issegwi, imbagħad it-Tom Tom Olandiż sploda fis-suq b'apparat mobbli aktar ekonomiku.
It-Tom Tom malajr sar popolari ma' udjenza wiesgħa ta' investituri. Wara l-introduzzjoni tiegħu fis-suq, il-valur tal-kumpanija sploda.
U issa mhux biss it-Tom Tom, ikkwotat fil-Borża, iżda wkoll kull tip ta' fornituri ta' sistemi oħra ta' navigazzjoni ġew sorpriżi b'sistema ta' navigazzjoni li hija ferm aħjar, aktar ekonomika u għalissa, saħansitra kompletament bla ħlas: in-Nav4All.

Navigazzjoni bl-użu ta' telefon ċellulari.

L-istrateġija tan-Nav4All hija waħda li sal-lum ma kienx hawn waħda aktar sempliċi minnha: m'hemm bżonn ta' l-ebda hardware ħlief telefon ċellulari u riċevitur GPS.
Is-sistema hija l-personifikazzjoni tas-sempliċità. L-utent jagħżel destinazzjoni permezz tat-telefon ċellulari tiegħu. Imbagħad it-telefon ċellulari jikkuntattja lill-kompjuter ċentrali, li jiddetermina l-vjaġġ u fi ftit sekondi u jibagħtu lit-telefon ċellulari. Min ikun qed jivvjaġġa mbagħad ikun jista' jmur fi triqtu.
L-uniċi affarijiet li n-navigatur modern jeħtieġ huma telefon ċellulari u riċevitur GPS, li flimkien ma jiżnux aktar minn 150 gramma.

Mill-bqija, is-sistema l-ġdida hija ta' sempliċità superjuri: ir-rotta ma tkunx deskritta permezz ta' mapep dettaljati, imma vleġġa sempliċi tindika jekk għandekx tibqa' miexi bi dritt, iddurx fuq il-lemin u jekk tagħżilx minn qabel f'liema karreġġjata tmur f'toroq li fihom diversi karreġġjati (għal darba oħra, karatteristika nieqsa minn ħafna sistemi). Ċirku nofs tond fil-linja jindika li tkun għaddej minn ħdejn roundabout u qed tkompli miexi dritt 'il quddiem.
L-istruzzjonijiet huma tant sempliċi għax is-sewwieqa m'għandhomx għalfejn jiġu distratti. Aktar ma l-istruzzjonijiet ikunu sempliċi u mhux ambigwi, aktar il-viżibilità tagħhom tkun tajba. Flimkien ma' dan, kull dubju jew indeċiżjoni li jista' jkollok dwar ir-rotta jgħibu bħas-silġ fis-sajf għaliex l-istruzzjonijiet li nagħtu huma sempliċi ħafna u faċli biex issegwihom.
Huwa għalhekk li kull informazzjoni mhix meħtieġa titħalla barra. Jekk ikun hemm exit 30 kilometru aktar 'il quddiem, is-sistema ma tgħidlekx li ġej exit, iżda pjuttost tmexxik b'mod kalm 'il quddiem.
Għal min ma jixtieqx joqgħod iħares lejn l-iskrin iżda jippreferi jisma' min ikellmu, in-Nav4All għandha total ta' 55 lingwa u aktar minn 100 vuċi differenti disponibbli.
Anki hawn, ġiet applikata l-istess tattika. Kull informazzjoni mhix meħtieġa titħalla barra; is-sistema tittrasmetti biss dak li hu rilevanti. Sempliċità pura.

L-ebda spejjeż, l-ebda limitazzjonijiet?/U>

L-aktar sistemi magħrufa tan-navigazzjoni huma illinkjati ma' hardware relattivament jiswa ħafna, filwaqt li l-abbonamenti annwali tagħhom għas-servizzi li juruk ir-rotta jiswew pjuttost ħafna. Biex tagħqad, l-utent ħafna drabi jingħata biss medda limitata ta' azzjoni.
L-isfidant il-ġdid għall-ordni stabbilita tan-navigazzjoni m'għandux dawn l-iżvantaġġi għaliex ħafna nies diġà għandhom telefon ċellulari. Riċevitur GPS huwa apparat vantaġġjuż u faċilment disponibbli, filwaqt li l-ħlas għall-abbonament għalissa mhux ser japplika sal-01-01-2010.
Huwa mistenni li l-ispejjeż ta' l-abbonament wara dak il-perjodu jvarjaw minn $0.50 sa mhux aktar minn ftit dollari fix-xahar għal kopertura ta' navigazzjoni mifruxa kważi mad-dinja kollha. Possibbiltà oħra hi ta' abbonament b'xejn.

Aġġornament tas-sistemi eżistenti.

Utenti tat-Tom Tom, Wayfinder, Route 66, Activepilot, Co-pilot u kull tip ta' sistema oħra tan-navigazzjoni jistgħu faċilment igawdu l-possibbilitajiet offruti mill-fornitur ġdid tan-navigazzjoni. Il-hardware għall-fornituri l-oħra jista' jservi bħala riċevitur Bluetooth GPS għas-sistema l-ġdida. Meta jużaw software tan-Nav4All, l-utenti ta' sistemi 'qodma' mhux biss jiksbu aġġornamenti bla ħlas ta' informazzjoni dwar ir-rotta, iżda jkollhom ukoll għad-dispożizzjoni tagħhom medda ta' azzjoni prattikament madwar id-dinja kollha.

Ma tinbiegħx fil-ħwienet.

In-Nav4All ma tinbiegħx fil-ħwienet, li jagħmel sens għaliex ma tinvolvix spejjeż?BR>Din is-sistema ġdida tan-navigazzjoni tista' titniżżel b'xejn mill-Internet jew b'SMS mingħand utent ieħor.
L-unika ħaġa mitluba lura mingħand l-utenti hija li jirreġistraw, u hawnhekk it-telefon ċellulari għal darba oħra għandu rwol ewlieni.

Misteru.

In-Nav4All hija inizjattiva Olandiża. Mhux ta' b'xejn, għaliex bħala nies li kienu fost l-ewwel baħħara, l-Olandiżi kienu kapaċi jsolvu l-misteru ta' l-orizzont dejjem jinbidel. Huma żviluppaw l-arti tan-navigazzjoni u għarfu jipperfezzjonawha għal preċiżjoni inkredibbli.
Għalhekk, mhijiex kumbinazzjoni li l-kumpaniji li jwasslu l-informazzjoni kartografika li fuqha jaħdmu s-sistemi kollha ta' navigazzjoni madwar id-dinja, it-tnejn għandhom l-għeruq tagħhom fl-Olanda: TeleAtlas u NAVTEQ, ta' l-aħħar imwaqqfa mill-kumpanija Olandiża, Philips.
In-Nav4All tuża t-teknoloġija tal-mapep tan-NAVTEQ.