CONTACT |   STAMPA |  UŻU PROFESSJONALI |  AĦBARIJIET
PHONES | GPRS | STQARRIJA DWAR IL-PRIVATEZZA |  TERMINI U KUNDIZZJONIJIET | TERMS OF DELIVERY | ABOUT US
© 2008 Nav4All B.V. All rights reserved. | www.nav4all.com

 TERMINI U KUNDIZZJONIJIET
 TERMINI U KUNDIZZJONIJIET TA' L-UŻU TA' NAV4ALL

BILLI TIKKLIKKJA FUQ IL-BUTTUNA “NAQBEL”, INTI TIKKONFERMA L-AĊĊETTAZZJONI TIEGĦEK TAT-TERMINI U TAL-KUNDIZZJONIJIET TA' NAV4ALL LI ĠEJJIN:


1. Nav4All hija għajnuna għan-navigazzjoni li inti tista' tuża bla ħlas, sal-01-01-2010. L-użu tiegħek ta' Nav4All għandu jkun fuq bażi ta' “kif inhi” (jiġifieri, hekk kif taħdem) u ma jinvolvi ebda forma ta' garanzija, parzjalment minħabba li Nav4All taħdem bl-informazzjoni tal-fornituri, inkluż NAVTEQ. L-użu ta' Nav4All hu totalment responsabbiltà tiegħek. Inti responsabbli għall-metodu tas-sewqan tiegħek.

2. Permezz ta' dan it-test, inti tirrikonoxxi li d-drittijiet kollha (inklużi d-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali) għal Nav4All huma esklussivament ta' Nav4All B.V. u/jew tal-fornituri tagħha.

3. Nav4All B.V. u l-fornituri tagħha m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-ebda ħsara kkawżata direttament jew indirettament permezz ta' l-użu ta' Nav4All. Permezz ta' dan it-test, inti tindennizza lil Nav4All B.V. u lill-fornituri tagħha kontra l-klejms kollha minn terzi li jistgħu jinħolqu minn jew li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu tiegħek ta' Nav4All.

4. Ir-relazzjoni tiegħek ma' Nav4All B.V. għandha tiġi ggvernata esklussivament mil-liġi Olandiża. Il-kwistjonijiet kollha bejnek u Nav4All B.V. għandhom (bl-eċċezzjoni ta' l-istituzzjonijiet ġudizzjali Olandiżi u mhumiex kollha magħżula fuq il-bażi tal-liġijiet u r-regolamenti ġurisdizzjonali lokali, provinċjali, nazzjonali u/jew internazzjonali) jiġu esklussivament sottomessi lill-Qorti rilevanti li għandha l-ġurisdizzjoni f'Amsterdam, l-Olanda. Madankollu, Nav4All B.V. tirriserva d-dritt li tibda kawża interim ta' tiswija ta' l-inġustizzja fi kwalunkwe pajjiż.

5. Nav4All qiegħda tiġi żviluppata l-ħin kollu. Nav4All tista' tiġi adattata jew imtejba mingħajr avviż bil-quddiem. Dejjem uża l-aħħar verżjoni.

6. Dawn it-termini u kundizzjonijiet ta' użu ġew miktuba bl-Olandiż u tradotti f'bosta lingwi. F'każ ta' diskrepanza bejn il-verżjoni bl-Olandiż u t-traduzzjoni, it-test Olandiż għandu jkun dak li jgħodd.

JEKK JOGĦĠBOK WAQQAF L-INSTALLAZZJONI TA' NAV4ALL JEKK MA TAĊĊETTAX IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET TA' L-UŻU.